Svoboda | Graniru | BBC Russia | Golosameriki | Facebook

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016A/PRO/06

Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
PROTOKOLL DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI

ĠU C 203, 7.6.2016, p. 106–112 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/euratom_2016/pro_6/oj

   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/106


PROTOKOLL DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

BILLI, sabiex tiġi organizzata t-transizzjoni bejn id-dispożizzjonijiet istituzzjonali tat-Trattati applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u dawk previsti mill-imsemmi Trattat huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet transitorji,

FTIEHMU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika:

Artikolu 1

F'dan il-Protokoll, il-kliem “it-Trattati” jfissru t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 2

1.   Għall-perijodu tal-leġislatura 2009-2014 li jkun jifdal fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Artikolu, u b'deroga mill-Artikoli 189, it-tieni subparagrafu, u 190(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u mill-Artikoli 107, it-tieni subparagrafu, u 108(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, li kienu fis-seħħ meta saru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'Ġunju 2009, u b'deroga min-numru ta' siġġijiet previsti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-18-il siġġu li ġejjin għandhom jiżdiedu mas-736 siġġu eżistenti, sabiex b'hekk in-numru totali ta' membri tal-Parlament Ewropew isir provviżorjament 754 sat-tmiem tal-leġislatura 2009-2014:

Bulgarija

1

Il-Pajjiżi l-Baxxi

1

Spanja

4

Awstrija

2

Franza

2

Polonja

1

Italja

1

Slovenja

1

Latvja

1

Svezja

2

Malta

1

Renju Unit

1

2.   B'deroga għall-Artikolu 14(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jaħtru l-persuni li ser jimlew is-siġġijiet addizzjonali msemmijin fil-paragrafu 1, f'konformità mal-leġislazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati u sakemm il-persuni kkonċernati jkunu ġew eletti b'vot dirett universali:

(a)

f'elezzjonijiet ad hoc b'vot dirett universali fl-Istat Membru kkonċernat, f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew; jew

(b)

b'referenza għar-riżultati tal-elezzjonijet tal-Parlament Ewropew tal-4 sas-7 ta' Ġunju 2009; jew

(c)

b'ħatra mill-Parlament nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, minn fost il-membri tiegħu, tan-numru meħtieġ ta' membri, skont il-proċedura stabbilita minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri.

3.   Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew fi żmien opportun qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014.

TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-MAĠĠORANZA KWALIFIKATA

Artikolu 3

1.   Skond l-Artikolu 14(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu u d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 238(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-definizzjoni tal-maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill Ewropew u fil-Kunsill, għandu jkollhom effett mill-1 ta' Novembru 2014.

2.   Bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Marzu 2017, meta att ikollu jiġi adottat bil-maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob li l-att jiġi adottat bil-maġġoranza kwalifikata kif definita fil-paragrafu 3. F'dak il-każ, għandhom japplikaw il-paragrafi 3 u 4.

3.   Sal-31 ta' Ottubru 2014, għandhom ikunu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li ġejjin, mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 235(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Fejn il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu bil-maġġoranza kwalifikata, il-voti tal-membri għandhom jitqiesu li għandhom il-piż kif ġej:

Belġju

12

Litwanja

7

Bulgarija

10

Lussemburgu

4

Repubblika Ċeka

12

Ungerija

12

Danimarka

7

Malta

3

Ġermanja

29

Il-Pajjiżi l-Baxxi

13

Estonja

4

Awstrija

10

Irlanda

7

Polonja

27

Greċja

12

Portugall

12

Spanja

27

Rumanija

14

Franza

29

Slovenja

4

Kroazja

7

Slovakkja

7

Italja

29

Finlandja

7

Ċipru

4

Svezja

10

Latvja

4

Renju Unit

29

L-atti għandhom jiġu adottati jekk ikun hemm mill-inqas 260 vot favur li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-membri meta, skond it-Trattati, għandhom jiġu adottati fuq proposta tal-Kummissjoni. F'każijiet oħra l-atti għandhom jiġu adottati jekk ikun hemm mill-inqas 260 vot favur li jirrappreżentaw mhux anqas minn żewġ terzi tal-membri.

Membru tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill jista' jitlob li, fejn att huwa adottat mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, jiġi verifikat jekk l-Istati Membri li jiffurmaw din il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentawx mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali ta' l-Unjoni. Jekk jinstab li dan ma jkunx il-każ, l-att m'għandux ikun adottat.

4.   Sal-31 ta' Ottubru 2014, fil-każijiet fejn, skond it-Trattati mhux il-membri kollha tal-Kunsill jipparteċipaw fil-vot, jiġifieri fil-każijiet fejn issir referenza għall-maġġoranza kwalifikata definita skond l-Artikolu 238(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun imfissra bħala li hija l-istess proporzjon tal-voti peżati u l-istess proporzjon tan-numru tal-membri tal-Kunsill u, jekk ikun xieraq, l-istess perċentwali tal-popolazzjoni ta' l-Istati Membri konċernati kif stabbilit fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-FORMAZZJONIJIET TAL-KUNSILL

Artikolu 4

Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 16(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill jista' jiltaqa' fil-konfigurazzjonijiet previsti fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta' dak il-paragrafu kif ukoll fil-konfigurazzjonijiet l-oħra fuq il-lista stabbilita b'deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KUMMISSJONI, INKLUŻ IR-RAPPREŻENTANT GĦOLI TA' L-UNJONI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA' SIGURTÀ

Artikolu 5

Il-Membri tal-Kummissjoni fil-kariga fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona għandhom jibqgħu fil-kariga sat-tmiem tal-mandat tagħhom. Madankollu, fil-jum tal-ħatra tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jintemm il-mandat tal-membru li jkollu l-istess nazzjonalità tar-Rappreżentant Għoli.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IS-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-KUNSILL, IR-RAPPREŻENTANT GĦOLI GĦALL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI U D-DEPUTAT SEGRETARJU ĠENERALI TAL-KUNSILL

Artikolu 6

Il-mandati tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ir-Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta' sigurtà komuni u d-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għandhom jintemmu fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Il-Kunsill għandu jaħtar Segretarju Ġenerali skond l-Artikolu 240(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KORPI KONSULTATTIVI

Artikolu 7

Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 301 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-allokazzjoni tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandha tkun kif ġej:

Belġju

12

Litwanja

9

Bulgarija

12

Lussemburgu

6

Repubblika Ċeka

12

Ungerija

12

Danimarka

9

Malte

5

Ġermanja

24

Il-Pajjiżi l-Baxxi

12

Estonja

7

Awstrija

12

Irlanda

9

Polonja

21

Greċja

12

Portugall

12

Spanja

21

Rumanija

15

Franza

24

Slovenja

7

Kroazja

9

Slovakkja

9

Italja

24

Finlandja

9

Ċipru

6

Svezja

12

Latvja

7

Renju Unit

24

Artikolu 8

Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 305 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-allokazzjoni tal-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għandha tkun kif ġej:

Belġju

12

Litwanja

9

Bulgarija

12

Lussemburgu

6

Repubblika Ċeka

12

Ungerija

12

Danimarka

9

Malta

5

Ġermanja

24

Il-Pajjiżi l-Baxxi

12

Estonja

7

Awstrija

12

Irlanda

9

Polonja

21

Greċja

12

Portugall

12

Spanja

21

Rumanija

15

Franza

24

Slovenja

7

Kroazja

9

Slovakkja

9

Italja

24

Finlandja

9

Ċipru

6

Svezja

12

Latvja

7

Renju Unit

24

TITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI DWAR L-ATTI ADOTTATI ABBAŻI TAT-TITOLI V U VI TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA QABEL ID-DĦUL FIS-SEĦĦ TAT-TRATTAT TA' LISBONA

Artikolu 9

L-effetti legali ta' l-atti ta' l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta' l-Unjoni adottati abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona għandhom jiġu preservati sakemm dawk l-atti jiġu revokati, isiru nulli jew jiġu emendati fl-implementazzjoni ta' dawn it-Trattati. L-istess japplika għall-konvenzjonijiet konklużi bejn l-Istati Membri abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 10

1.   Bħala miżura transitorja, u fir-rigward ta' atti ta' l-Unjoni fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali li ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-kompetenzi ta' l-istituzzjonijiet fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak it-Trattat għandhom ikunu dawn li ġejjin: il-kompetenzi tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea m'għandhomx ikunu applikabbli u s-setgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattatta' Lisbona, għandhom jibqgħu l-istess, inkluż fejn dawn ġew aċċettati taħt l-Artikolu 35(2) ta' l-imsemmi Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

2.   L-emendar ta' att imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinvolvi l-applikabbiltà tas-setgħat ta' l-istituzzjonijiet imsemmija f'dak il-paragrafu kif stabbilit fit-Trattati fir-rigward ta' l-att emendat u għal dawk l-Istati Membri li għalihom għandu japplika dak l-att emendat.

3.   Fi kwalunkwe każ, il-miżura transitorja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tieqaf milli jkollha effett ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattatta' Lisbona.

4.   Sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-iskadenza tal-perijodu transitorju msemmi fil-paragrafu 3, ir-Renju Unit jista' jinnotifika lill-Kunsill li dan ma jaċċettax, fir-rigward ta' l-atti msemmija fil-paragrafu 1, is-setgħat ta' l-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u kif previsti fit-Trattati. Fil-każ li r-Renju Unit ikun għamel dik in-notifika, l-atti kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jieqfu milli japplikaw għalih mid-data ta' l-iskadenza tal-perijodu transitorju msemmi fil-paragrafu 3. Dan is-subparagrafu m'għandux japplika fir-rigward ta' l-atti emendati li huma applikabbli għar-Renju Unit kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddetermina l-arranġamenti ta' konsegwenza u transitorji meħtieġa. Ir-Renju Unit m'għandux jipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni. Maġġoranza kwalifikata tal-Kunsill għandha tiġi definita skond l-Artikolu 238(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' wkoll jadotta deċiżjoni li tiddetermina li r-Renju Unit għandu jkun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji diretti, jekk ikun hemm, li jirriżultaw neċessarjament u inevitabbilment mill-waqfien tal-parteċipazzjoni tiegħu f'dawk l-atti.

5.   Ir-Renju Unit jista', fi kwalunkwe ħin wara, jinnotifika lill-Kunsill bix-xewqa tiegħu li jipparteċipa f'atti li waqfu milli japplikaw għalih skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4. F'dak il-każ għandhom japplikaw, skond il-każ, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea jew tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward ta' l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Is-setgħat ta' l-istituzzjonijiet fir-rigward ta' dawk l-atti għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Trattati. Meta jaġixxu skond il-Protokolli rilevanti, l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni u r-Renju Unit għandhom ifittxu li jerġgħu jistabbilixxu l-akbar livell possibbli ta' parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-acquis ta' l-Unjoni fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr ma tintlaqat l-operabbiltà prattika tad-diversi partijiet tiegħu u filwaqt li tiġi rispettata l-koerenza tagħhom.


Top