Svoboda | Graniru | BBC Russia | Golosameriki | Facebook

   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/105


PROTOKOLL DWAR L-ARTIKOLU 40.3.3 TAL-KOSTITUZZJONI TA' L-IRLANDA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

QABLU dwar id-dispożizzjoni li ġejja, li tkun annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea ta' l-Enerġija Atomika:

Xejn fit-Trattati, fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, jew fit-Trattati jew Atti li jimmodifikaw jew jissupplimentaw dawk it-Trattati, ma għandu jeffettwa l-applikazzjoni fl-Irlanda ta' l-Artikolu 40.3.3. tal-Kostituzzjoni ta' l-Irlanda.