Svoboda | Graniru | BBC Russia | Golosameriki | Facebook
Skip to main content
Il-bidu tal-proġett tal-pittura tal-Kor: kwistjoni dwar l-għażla tal-artist u l-bidu tal-proġett F'Ħaż-Żabbar dejjem jingħad, għalkemm dokumenti ma jeżistux, li lpitturi tal-kor huma ispirati mis-Supplika (talba) tal-Madonna tal-Grazzja.... more
Il-bidu tal-proġett tal-pittura tal-Kor: kwistjoni dwar l-għażla tal-artist u l-bidu tal-proġett F'Ħaż-Żabbar dejjem jingħad, għalkemm dokumenti ma jeżistux, li lpitturi tal-kor huma ispirati mis-Supplika (talba) tal-Madonna tal-Grazzja. Din is-Supplika kienet approvata miċ-ċensur Teoloġiku l-Kanonku Dun Alwiġ Attard nhar is-17 ta' Frar 1927. 1 Għalkemm is-Supplika mressqa għallapprovazzjoni ma fihiex firma tal-awtur, meta wieħed jara l-kitba tagħha malajr jinnota xebh bejnha u l-kitba tal-Kappillan Luigi Catania użata firreġistri tas-sagramenti. 2 Dokumenti misjuba riċenti jkomplu jsaħħu din it-tradizzjoni orali, kif ukoll jitfgħu dawl ġdid fuq min ħaseb dan il-proġett tal-pitturi tal-kor u wkoll xi ntoppi li nqalgħu qabel sar. Xebh bejn il-Madonna u l-ilma fis-Supplika Fis-Supplika msemmija, l-Madonna tal-Grazzja u s-Santwarju, huma mxebbha ma' għajn tal-ilma li taqta' l-għatx ta' kull min jirrikorri lejha. Fittalba dawn jixxebhu mal-bir li wera l-Anġlu li deher lil Agar biex minnu tisqi lil binha Ismael fid-deżert, 3 mal-blata li minnha Mosè ħareġ l-ilma biex qata' l-għatx lil poplu ta' Israel fid-deżert, 4 l-ilma li xorob minnu Sansun biex ħa saħħtu lura, 5 u l-bir fejn saret il-konverżjoni tas-Sammaritana wara l-laqgħa ma' Ġesù. 6 Il-pitturi li nsibu fil-kor juru dawn il-ġrajjiet, ħlief għall dik ta' Sansun fejn minflok tidher il-ġrajja tal-miraklu tat-tieġ ta' Kana bl-ilma jiġi mibdul f'inbid. 7 Din it-tradizzjoni ta' min fejn kienu ispirati dawn il-pitturi tissaħħaħ permezz ta' tlett rikorsi li jinstabu fl-Arkivju tad-Djoċesi li juru kif il-ħsieb ta' dawn il-pitturi kien tal-Kappillan Dun Alwiġ Catania. Dan il-qassis li twieled
Maż-żmien ikun meħtieġ li jsiru tibdiliet minħabba esiġenzi, ġrajjiet li jseħħu, teknoloġija ġdida jew inkella kultant anke biex dak li jkun jara xi ħaġa ġdida flok il-qadim. Hekk ġara fi Pjazza San Ġakbu fejn mal-milja taż-żmien inbidel... more
Maż-żmien ikun meħtieġ li jsiru tibdiliet minħabba esiġenzi, ġrajjiet li jseħħu, teknoloġija ġdida jew inkella kultant anke biex dak li jkun jara xi ħaġa ġdida flok il-qadim. Hekk ġara fi Pjazza San Ġakbu fejn mal-milja taż-żmien inbidel il-bini, l-użu tiegħu kif ukoll  id-dehra tal-pjazza. Din il-kitba titfa' dawl fuq dawn il-ġrajjiet u l-istejjer li daru madwar dan il-post.
Dan l-istudju jiffoka fuq l-Arkivju Notarili u xortih fil-perjodu Franċiż, li beda bil-konvenzjoni tal-Ordni ta' San Ġwann favur ir-Repubblika Franċiża rappreżentata minn Napuljun Bonaparti (1769-1821) fit-12 ta' Ġunju 1798, u ntemm nhar... more
Dan l-istudju jiffoka fuq l-Arkivju Notarili u xortih fil-perjodu Franċiż, li beda bil-konvenzjoni tal-Ordni ta' San Ġwann favur ir-Repubblika Franċiża rappreżentata minn Napuljun Bonaparti (1769-1821) fit-12 ta' Ġunju 1798, u ntemm nhar il-5 ta' Settembru 1800 meta l-Franċiżi ċedew lir-rappreżentanti tar-Re Britanniku.
Artiklu ppubblikat f'għeluq l-400 sena tat-twaqqif tal-parroċċa ta' Ħaż-Żabbar. Insibu kif il-proċess tat-twaqqif tal-parroċċa, avvenimenti importanti li seħħew matul is-snin u wkoll kif qed timxi l-quddiem illum, dejjem fil-kuntest ta'... more
Artiklu ppubblikat f'għeluq l-400 sena tat-twaqqif tal-parroċċa ta' Ħaż-Żabbar. Insibu kif il-proċess tat-twaqqif tal-parroċċa, avvenimenti importanti li seħħew matul is-snin u wkoll kif qed timxi l-quddiem illum, dejjem fil-kuntest ta' soċjeta li tinbidel.
F'għeluq il-200 sena mill-Pesta tal-1813, din il-kitba tgħati nformazzjoni dwar xi tifkiriet li nsibu f'Ħaż-Żabbar relatati ma' din l-epidemija.
An assignment that evaluated the involvement of the Maltese church in the violence and revolt against the French Republican Government.
Kitba dwar il-bini tan-navi tal-knisja ta' Ħaż-Żabbar u d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom tul l-14-il sena li dam il-proġett.
Kitba dwar il-kappella tal-Madonna tal-Plier f'Ħaż-Żabbar, fis-sena li kien inawgurat ir-restawr tagħha.
Timeline tal-parroċċa ta' Ħaż-Żabbar li kien ippublikat f'għeluq l-400 sena tal-parroċċa.
Kitba dwar ix-xeni mpittra minn Rafel Bonnici Calì fis-Sala Notre Dame f'Ħaż-Żabbar.
Tipi u deskrizzjoni ta' ex-voto differenti li tinstab fil-kollezzjoni tal-Mużew tas-Santwarju
Kitba dwar l-influwenza Spanjola u l-vittmi tagħha li ndifnu fiċ-ċimiterju ta' Ħaż-Żabbar
Kitba dwar Alessio Erardi u l-kwadru titulari tal-Madonna tal-Grazzja f'Ħaż-Żabbar
Research Interests:
Din il-kitba hi dwar is-sengħa tal-apikultura fl-inħawi ta' Ħaż-Żabbar u kif is-sengħa żviluppat matul iż-żmien.
Kitba dwar it-talba li saret biex il-fratellanza ta' San Mikiel tikkummissjona din il-vara, kif ukoll il-wasla tagħha f'Ħaż-Żabbar, l-artist Karlu Darmanin u wkoll xogħol artistiku ieħor li sar relatat ma din il-vara mill-fratellanza.
Research Interests:
Talba biex f'Wied il-Għajn tinbena knisja dedikata lil Madonna tal-Konsolazzjoni (Taċ-Ċintura). Illum din il-knisja tintuża għal adorazzjoni tas-Sagrament.
Research Interests:
Tgħarif dwar il-konfraternità tas-Santissimu Rużarju f'Ħaż-Żabbar mwaqqfa fl-1617. Tgħarif ukoll dwar vari proċessjonali u ċelebrazzjonijiet ta' festi mill-fratellanza
Research Interests:
For a copy of the book contact the author on [email protected] or buy online from http://bit.ly/3SqRQR9. Parish archives provide primary sources of information on a diversity of topics. The records held at these archival... more
For a copy of the book contact the author on [email protected] or buy online from http://bit.ly/3SqRQR9.

Parish archives provide primary sources of information on a diversity of topics. The records held at these archival institutions, created according to Canon Law and counter-checked by the ecclesiastical superiors, are reliable primary sources trusted by researchers and the civil authorities alike.

Volunteering at the Żabbar Parish Archive since 2012, I had
observed that the most queries to research in parish archives,
even by historians, tend to centre on family and genealogy
research.

Using as a case study the Żabbar Parish Archive, this study aims
to show the importance of parish archives as a primary source
for historical research, detailing the typical series found in it and
their potential for new history and how these archival institutions
could be managed better and made more accessible.