Svoboda | Graniru | BBC Russia | Golosameriki | Facebook

Cookies

Cookies, teħid tal-marki tas-swaba’ b’apparat u reġistri tad-data

Aħna nużaw cookies, teħid tal-marki tas-swaba’ b’apparat u reġistri tad-data u għall-funzjonament tekniku tas-sit elettroniku tagħna u sabiex noħolqu statistika.

Cookies

Cookies huma biċċa data żgħira li s-sit elettroniku jaħżen fuq il-kompjuter tal-viżitatur jew fuq apparat mobbli.

First partycookies huma stabbiliti mis-sitelettroniku. Dak is-sit elettroniku biss jista’ jaqra dawn il-cookies. Sit elettroniku jista’ juża wkoll servizz estern biex janalizza kif in-nies qed jużaw is-sit. Europa Analytics huwa s-servizz analitiku korporattiv użat mill-Kummissjoni Ewropea. Dan jevalwa l-effiċjenza tas-sit elettronikutal-EDPB, ospitat mill-Kummissjoni Ewropea.

Europa Analytics tistabbilixxi l-cookie tagħha. Il-Kummissjoni Ewropea żżomm kontroll sħiħ tad-data miġbura permezz ta’first party cookies  billi taħżen id-data f’servers li jkunu fil-pussess u taħt l-kontroll sħiħ tal-Kummissjoni Ewropea. Id-data ma tiġix kondiviża ma’ organizzazzjonijiet oħra għall-kummerċjalizzazzjoni, ir-riċerka dwar is-suq jew għal għanijiet kummerċjali.

Il-first party cookies  jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

  • ID tal-viżitatur unika każwali
  • Ħin tal-ewwel żjara għall-viżitatur speċifiku
  • Ħin taż-żjara preċedenti għall-viżitatur speċifiku
  • Numru ta’ żjarat għall-viżitatur speċifiku

Cookies persistenti jiġu ssejvjati fuq apparat u ma jitħassrux b’mod awtomatiku meta jingħalaq il-brawżer. Għall-cookies persistenti, tiġi ġġenerata ID każwali li tippermetti lil Europa Analytics jidentifika meta utent jerġa’ jżur is-sit.

Il-cookies kollha jiskadu wara 13-il xahar.

Teħid tal-marki tas-swaba’ b’apparat

Europa Analytics tuża mekkaniżmu ta’ deidentifikazzjoni tal-IP li jaħbi b’mod awtomatiku porzjon tal-IP ta’ kull viżitatur (Protokoll tal-Internet), li effettivament jagħmilha impossibbli li wieħed jidentifika viżitatur partikolari tal-Europa permezz tal-indirizz uniku tal-IP.

Marka tas-swaba’ meħuda b’apparat hija informazzjoni miġbura dwar apparat tal-computing remot għall-identifikazzjoni. Dawn il-marki tas-swaba’ jistgħu jintużaw biex jidentifikaw utenti individwali jew apparati anke meta il-cookies jkunu disattivati. Il-marka tas-swaba’ meħuda b’apparat tiskadi wara 30 minuta. Jekk, madankollu, utent jagħżel li jeskludi ruħu ma jsir l-ebda teħid tal-marki tas-swaba’ b’apparat.

Reġistri tad-data

Reġistri huma fajls testwali li jaħżnu l-informazzjoni fuq is-server. Ir-reġistri li ġejjin jinżammu għal finijiet analitiċi sakemm l-utent ma jagħżilx li jeskludi ruħu.

  • L-indirizz tal-IP (moħbi), il-lokazzjoni, id-data u l-ħin u l-ħin fiż-żona tal-ħin tal-viżitatur lokali;
  • Titlu, il-URL tal-paġna li wieħed qed jara bħalissa u l-URL tal-paġna li wieħed żar qabel il-paġna attwali;
  • Informazzjoni dwar l-apparat użat (riżoluzzjoni tal-iskrin, desktop/tablet/mowbajl, marka, mudell, ..) u dwar il-konnessjoni tal-internet (veloċità tal-paġna);
  • Is-sistema operattiva, il-verżjoni tal-brawżer, il-plugins aċċettati mill-brawżer;
  • Tfittxija tas-Sit u l-fajls li ġew ikklikkjati u mniżżla u l-links għal dominji esterni li ġew ikklikkjati;
  • Il-lingwa ewlenija tal-brawżer li qed tintuża u l-lingwa tal-paġna miżjura.

Esklużjoni

B’mod awtomatiku, l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiġi intraċċata minn Europa Analytics, biex fost l-oħrajn, tipproduċi statistika. Huwa possibbli li ma tiġix intraċċat (esklużjoni) ikklikkja hawn.

Jekk tagħżel li tiġi eskluż, tirċievi cookie ta’ esklużjoni (piwik_ignore) sabiex id-deċiżjoni tiegħek ma tintesiex.

Jekk titfi l-cookies mill-brawżer tiegħek ma tistax tonqos milli tipparteċipa b’mod effettiv minħabba li l-cookie piwik_ignore ma tkunx tista’ tiġi ssejvjata. F’dan il-każ, jekk jogħġbok ara l-preferenzi għal Tintraċċax (Do not track) hawn taħt.

Preferenzi tintraċċax

“Tintraċċax” tippermetti lill-viżitaturi biex jagħżlu li ma jiġux intraċċati minn siti biex dawn jinkluduhom fl-użu ta’ servizi ta’ analitika, netwerks tar-reklamar u pjattaformi soċjali. 

Jekk tattiva l-funzjoni tintraċċax fuq il-brawżer tal-web tiegħek, Europa Analytics tirrispetta l-għażla tiegħek, il-viżitaturi kollha b’cookie piwik_ignore ma jiġux intraċċati minn Europa Analytics; Tintraċċax ma taħdimx bl-Internet Explorer, jekk jogħġbok eskludi ruħek.

Aċċess ristrett għall-informazzjoni

Il-komunikazzjoni tad-data kollha tal-analitika tiġi kriptata permezz ta’ protokoll HTTPS. Ir-rapporti analitiċi ġġenerati minn Europa Analytics jistgħu jiġu aċċessati biss permezz tas-Sistema ta’ Awtentikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (ECAS) minn membru tal-persunal tal-Kummissjoni awtorizzat li jittratta l-Piwik, minn membru tall--persunal tal-istituzzjoni Ewropea rilevanti jew minn subkuntratturi esterni awtorizzati kif xieraq, li jistgħu jkunu meħtieġa janalizzaw, jiżviluppaw u/jew imantnu b’mod regolari ċerti siti.

Reġistri tal-viżitaturi

Europa Analytics tħassar b’mod awtomatiku ir-reġistri tal-viżitaturi wara 13-il xahar. Id-data aggregata tiġi maħżuna għal perjodu indefinit mill-Kummissjoni Ewropea għall-finijiet ta’ analiżi.

Kuntatt

Mistoqsijiet speċifiċi dwar il-ħżin u l-użu ta’ data ta’ Europa Analytics jew talbiet għal aktar informazzjoni dwar il-politika tal-cookies tal-EDPB jistgħu jintbagħtu lill-Webmaster tagħna.